FAQ's

SABIEX WIEĦED JAPPLIKA GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI JRID JGĦADDI XI TEST TAL-MEZZI?

Iva, kull applikant jiġi mistoqsi dwar l-eta` tiegħu, id-dħul, il-proprjeta` li jista’ ikollu, id-dar li jkun qed jgħix fiha fiż-żmien meta jagħmel l-applikazzjoni u l-bqija.
 

FUQ LIEMA KRITERJI TINGĦATA L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI?

Id-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Soċjali għandu sistema ta’ punti, li jiġu allokati lil kull applikant skond is-severita` u l-urġenza ta’ kull applikazzjoni. Aktar ma l-każ ikun urġenti, aktar jingħata punti. Sitwazzjonijiet fejn l-applikant ma jkollux fejn joqgħod, proprjetajiet li għandhom strutturi perikolużi, u applikanti li għandhom ċerti diżabiltajiet, huma kkunsidrati fost l-aktar urġenti.
 

JISTA’ L-APPLIKANT JAGĦŻEL F’LIEMA LOKALITA` JIXTIEQ LI JINGĦATA L-AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA?

Iva, l-applikanti jiġu mogħtija l-possibilita` li jagħżlu f’liema lokalita` jixtiequ li jmorru joqogħdu. Madankollu, naturalment, din l-għażla tiddependi fuq id-disponibilita` ta’ proprjetajiet f’dik il-lokalita` magħżula partikolari.
 

KIF TIĠI SSUSSIDJATA L-KERA?

Il-kera tiġi ssussidjata skond skeda li l-proprjeta` tifforma parti minnha u anki skond id-dħul ta’ l-applikant.