FAQ's

META L-APPLIKAZZJONI TIĠI AĊĊETTATA, L-BENEFIĊJAT GĦANDU BZONN JERĠA’ JAPPLIKA GĦALL-ALLOWANCE ?

Sabiex jibqa’ jirċievi l-benefiċċju, l-benefiċjat irid jagħmel dikjarazzjoni annwali tad-dħul totali tiegħu, fuq formola li tiġi mibgħuta mid-Dipartiment. Il-formola għandha tintbagħat lid-Dipartiment sa l-aħħar t’April ta’ kull sena. L-Allowance tat-Tfal, imbagħad jibqa’ jingħata għal 52 ġimgħa u jitħallas bil-quddiem kull tlettax -il ġimgħa.
 

X’JIĠRI META L-BENEFIĊJAT JITLEF IX-XOGĦOL JEW JILĦAQ L-ETA’ TAL-PENSJONI?

Meta l-benefiċjat jitlef ix-xogħol jew jilħaq l-etaċ tal-pensjoni, għandu jinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtaċ Soċjali sabiex ir-rata ta’ l-Allowance tiegħu terġa’ tiġi kkalkulata fuq id-dħul il-ġdid tiegħu.
 

JISTA’ JAGĦTI L-KAZ LI L-ALLOWANCE TAT-TFAL JIBQA’ JINGĦATA WARA LI L-WILD IKUN GĦALAQ IS-SITTAX -IL SENA?

L-Allowance jibqa’ jingħata fejn hemm tfal bejn is-sittax u l-wieħed u għoxrin sena li għadhom qegħdin jistudjaw fulltime u li ma jirċievu l-ebda stipendju jew maintenance grant. L-allowance jingħata wkoll meta l-wild qiegħed jirreġistra għall-ewwel impjieg tiegħu taħt l-Ewwel Parti tar-reġistru ta’ l-Impjieg. F’dan il-każ, ir-rata perċentwali pagabbli hija ta’ 2% għal kull wild f’din l-eta'.
 

KIF TIĠI KKALKULATA R-RATA TA’ L-ALLOWANCE TAT-TFAL?

Ir-rata ta’ l-Allowance hija kalkulata fuq perċentwali tad-differenza bejn l- €23,922.66 u d-dħul dikjarat tas-sena ta’ qabel. L-ammont dovut għall-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali jiġu mnaqqsa mid-dħul dikjarat. Meta l-ammont ikun inqas minn €6,452.36, l-ammont jiġi kunsidrat li jkun €6,452.36. L-ebda Allowance li jingħata m’għandu jkun inqas minn €121.13 fis-sena.
 

HEMM LIMITU TA’ KEMM WIEĦED JISTA’ JAQLA’ SABIEX JIBQA’ INTITOLAT GĦALL-ALLOWANCE TAT-TFAL?

Sabiex wieħed ikun intitolat għall-Allowance tat-Tfal, id-dħul totali tiegħu għas-sena ta’ qabel id-data ta’ l-applikazzjoni, m’għandux jaqbeż €23922.66. L-ammont dovut għall-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali jiġu mnaqqsa mid-dħul dikjarat. F’dawk il-familji fejn hemm erbat itfal, jew aktar, l-ammont m’għandux jaqbeż €30910.78. L-istess jingħad għall-familji fejn hemm persuna bi bżonnijiet speċjali.