X’INHI R-RATA TA’ L-ASSISTENZA SOĊJALI? |
Ir-rata ta’ l-Assistenza hija ta’ €82.62 fil-ġimgħa għall-ewwel persuna li tgħix fid-dar. Dan l-ammont jista’ jizdied bi €8.15 fil-ġimgħa għal kull persuna oħra f’ dik id-dar. Bonus addizzjonali fil-ġimgħa ta’ €3.12 u bonus kull sitt xhur ta’ €135.10 jitħallsu wkoll. Jekk l-applikant iħallas il-kera, jingħata wkoll €1.16 fil-ġimgħa bħala sussidju fuq il-kera.
|
| |
KIF JIĠI KALKULAT T-TEST TAD-DĦUL? |
Ir-rizorsi kapitali m’għandhomx jaqbzu €19376.24 f’kaz ta’ persuna waħedha, u €23293.73 f’kaz ta’ familja ta’ tnejn min-nies jew aktar. Meta jkunu qed jiġu kalkulati r-rizorsi kapitali, ċerti propjetajiet, bħad-dar tar-residenza, l-karozza privata, garaxx għall- uzu privat, u r-residenza tas-sajf, jiġu eskluzi. Barra minn hekk, kull propjeta immobbli u li qegħda tiġi wzata biex isir qligħ minnha, bħal per ezempju, propjeta li qed tinkera lil terzi persuni, ma’ tiġix mogħddija mar-rizorsi kapitali. F’dan il-kaz, jingħad biss id-dħul li qed jaqla’ l-applikant minn din il-propjeta.Jekk il-benefiċċjarju għandu aktar propjeta li mhux qed juza, li mhiex diġa msemmija hawn fuq, dik il-propjeta tiġi kapitilizzata b’5.5% fis-sena. L-ewwel €582.34 ta’ dak l-ammont jiġu njorati.Meta l-propjeta ma’ tkunx f’isem l-applikant jew f’isem is-sieħeb/a, imma f’isem membri oħra tal-familja, bħat-tfal, nofs il-valur tal-propjeta biss jiġi kunsidrat.
|
| |
KIF JIĠU KKALKULATI R-RIZORSI KAPITALI? |