HEMM BŻONN LI DIN L-ALLOWANCE TISSODISFA XI TEST TAL-MEZZI? |
Le. Kull foster carer li huwa rikonoxxut uffiċjalment mid-Direttur tas-Sigurta` Soċjali bħala foster carer jista’ jirċievi din l-Allowance għal kull tifel jew tifla li jkun qed jieħu ħsieb bħala fostering.
Iżda, jekk il-foster carer għandu t-tfal naturali tiegħu, jista’ jkun intitolat għall-Allowance tat-Tfal, għal dawn it-tfal biss. F’dan il-każ, għall-Allowance tat-Tfal, l-applikant ikun irid jissodisfa t-test tal-mezzi kif titlob il-liġi.
|
| |
MINBARRA L-ALLOWANCE GĦAL MIN QED JIEĦU ĦSIEB, IL-FOSTER CARERS JIRĊIEVU WKOLL L-ALLOWANCE TAT-TFAL? |
Le. Meta jibda jingħata l-Allowance għal Min Qed Jieħu Ħsieb, kull Allowance tat-Tfal għal dak l-istess tifel jew tifla, għandu jieqaf. Allura, ladarba, it-tifel/tifla j/tiġi fostered, il-ġenituri naturali jew id-Djar tat-Tfal, ma jibqgħux jirċievu l-Allowance tat-Tfal għal dak/dik it-tifel/tifla partikolari.
|
| |
X’JIĠRI META TIFEL/TIFLA MA J/TIBQAX TAĦT IL-KURA TAL-FOSTER CARERS? |
Meta tifel jew tifla ma j/tibqax taħt il-kura tal-foster carers, l-Allowance għal Min Qed Jieħu Ħsieb, tiġi mwaqqfa.
|
| |
|