Ministry for Social Policy - News

 

Diskors mill-President ta' Malta, fl-okkazjoni tal-ftuh ufficjali tas-sena Ewropea 2010 dedikata lill-glieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni socjali


[03/02/2010]

NO. 0192

Onorevoli Ministru,
Eccellenzi,
Sinjuri,

Fil-21 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza
Spanjola nidew is-Sena Ewropea ghall-Glieda Kontra l-Faqar u
l-Eskluzjoni Socjali. Din is-Sena Ewropea, ghandha l-ghan li tqajjem
aktar kuxjenza tal-kawzi u l-konsegwenzi tal-faqar u l-eskluzjoni
socjali fl-Ewropa, kemm fost il-gvernijiet u s-shab socjali u kemm
fost il-pubbliku. Ghandha wkoll l-ghan li timmobilizza lil dawn
fil-glieda kontra l-faqar; issahhah l-integrazzjoni u l-inkluzjoni
socjali u li tinkoraggixxi impenn car ghat-tfassil ta’ policies,
sabiex jindirizzaw il-faqar u l-eskluzjoni socjali kemm fuq livell
komunitarju u kemm fuq livell nazzjonali.

Ghaxar snin ilu, mexxejja Ewropej ippromettew li jeliminaw il-faqar
bhala obbjettiv tal-pjan ta’ tkabbir u holqien tax-xoghol –
l-hekk imsejha, Strategija ta’ Lisbona – sas-sena 2010. Imma
dan ma sehhx. Hu ttamat li s-Sena Ewropea ghall-glieda Kontra l-Faqar u
l-Eskluzjoni Socjali sservi sabiex izzomm hajja din il-glieda sakemm
jintlahaq l-obbjettiv mixtieq. Fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, il-metodi
u l-istrategiji kif wiehed jiggieled kontra l-faqar u l-eskluzjoni
socjali huma mhollija ghall-Istati Membri individwalment. Li taghmel l-Unjoni
huwa li tipprova tiggenera aktar kuxjenza, taghrif u skambju ta’ strategiji
u esperjenzi bejn l-Istati Membri dwar kif tista’ tigi indirizzata l-problema
tal-faqar u l-eskluzjoni socjali.

Nahseb li hija inizjattiva f’waqtha u ta’ min ifahharha ghax inhoss li l-Unjoni Ewropea ghandha tersaq aktar qrib tac-cittadini taghha u mhux tibqa’, ghal hafna nies, attrazzjoni fi Brussell li mhux kulhadd jifhem x’inhi. U t-temi tal-faqar u l-eskluzjoni socjali certament huma temi li l-Popli jifhmu x’inhuma, imissu l-effetti taghhom fil-hajja ta’ kuljum u jixtiequ li ssir xi haga konkreta dwarhom.

X’inhu faqar u x’inhi eskluzjoni socjali? Fi kliem semplici, persuna fqira hi dik li d-dhul finanzjarju taghha ma jservihiex biex tghix, jaqa’ taht il-livell minimu biex jippermetti lilha u l-familja taghha jghixu hajja decenti skond il-kundizzjonijiet tal-hajja fis-socjetà fejn jghixu. Il-livell minimu jissejjah komunement “il-linja tal-faqar” u din il-linja tvarja fiz-zmien u fl-ispazju. Dak li jitqies faqar illum, mhux bil-fors kien ikkunsidrat faqar fl-imghoddi u dak li jfisser faqar f’pajjiz mhux bilfors li jfisser faqar f’pajjiz iehor. Il-faqar hu, sa certu punt, haga relattiva imma jezisti minimu li hu faqar f’kull post u f’kull zmien. Il-mankanza ta’ ikel u ilma sufficjenti ghall-ghajxien kien, ghadu u jibqa’ fl-imghoddi, fil-prezent u fil-futur l-aghar forma ta’ faqar possibbli. Hu l-faqar li jista’ jcahhad lil persuna mid-dritt uman l-aktar sagrosant li hu dak tal-hajja.

It-terminu “eskluzjoni socjali” gie addottat mill-Unjoni Ewropea fl-ahhar tas-snin tmenin u l-bidu tad-disghinijiet. Xi gvernijiet tal-lemin ma kienux jirrikonoxxu li kien hemm il-faqar f’pajjizhom filwaqt li xi kummentaturi tax-xellug kienu mhassba dwar iz-zieda fil-polarizzazzjoni bazata fuq inegwaljanza fid-dhul finanzjarju ta’ klassijiet socjali differenti. It-terminu “eskluzjoni socjali” beda jintuza f’dan l-aspett u sar is-suggett ta’ dibattitu fuq il-politika socjali fuq livell Ewropew. Ghalkemm hu rikonoxxut li huma l-individwi emarginati li jsofru l-eskluzjoni, il-kawzi jistghu jkollhom l-origini taghhom fuq livell domestiku jew anki ta’ komunità.

Nistghu nghidu mela, li hemm eskluzjoni socjali meta individwu, komunita’ jew anki regjun shih, isofru minn tahlita ta’ problemi socjali bhal qghad, nuqqas ta’ hiliet li jippermettu lil dak li jkun li jsib xoghol, dhul finanzjarju baxx, housing taht il-livell accettabbli jew sahansitra nuqqas ta’ akkomodazzjoni, problemi ta’ sahha, ambjent ta’ kriminalità u droga jew prostituzzjoni, u familji mifruda. Il-fenomenu, mela, ma jfissirx biss faqar ekonomiku imma kumplessità ta’ problemi socjali. Anzi huwa possibbli li wiehed ikun eskluz minghajr ma jkollu problema akuta ta’ faqar u, mill-banda l-ohra, wiehed jista’ jkun f’riskju ta’ faqar minghajr ma jhossu eskluz. Kultant dawn il-fenomeni jistghu jkunu temporanji imma jistghu jkunu wkoll permanenti bhal per ezempju, pensjonanti li jridu jghixu bi dhul mhux adegwat ghall-hajja. L-eskluzjoni socjali tista’ titfisser bhala diffikultà ghall-access fil-hajja socjali u politika fil-komunità minhabba xi raguni jew ohra.

Il-medja ta’ dawk f’riskju ta’ faqar fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea, l-aktar regjun ekonomikament b’sahhtu tad-dinja, hija ta’ 16 fil-mija li tfisser mat-80 miljun ruh. F’Malta, sar survey fl-2007 mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika fejn il-linja tal-faqar (“poverty line”) giet iffissata bhala 60 fil-mija tal-medja nazzjonali tad-dhul ta’ kull persuna li tigi hamest elef erba’ mija u sebgha u sebghin ewro (€5,477) fis-sena. Id-dhul jinkludi hlasijiet minn servizzi socjali. Fi kliem iehor, gie deciz li min ghandu dhul inqas minn din is-somma jinsab fil-faqar. Ir-rizultat tas-survey wera li l-percentwali ta’ dawk f’riskju ta’ faqar ilahhaq 14 fil-mija li hu inqas mill-medja Ewropea u f’termini ta’ numri dan ilahhaq sebgha u hamsin elf, erba’ mija u erbgha u erbghin (57,444) persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar f’Malta. Ghaliex dawn in-nies jissejhu “f’riskju ta’ faqar” u mhux “fqar”, la darba jinsabu taht il-minimu, mhux car hafna ghalija. Jidher, madankollu, li din hija s-sistema u t-terminologija li tintuza mal-Ewropa kollha mhux f’Malta biss.

Malta tigi t-tnax-il wahda fil-klassifika tal-pajjizi tal-Unjoni. L-aktar li huma f’riskju ta’ faqar huma l-persuni li ghandhom età zghira li ma taqbizx is-17-il sena u anzjani li qabzu l-65 sena. Tezisti wkoll disparità bejn nahat differenti tal-Gzejjer Maltin. L-akbar riskju ta’ faqar jinsab Ghawdex fejn il-medja titla’ ghal 18 fil-mija u mbaghad hemm id-distrett tan-naha t’isfel ta’ madwar il-port fejn ir-riskju ta’ faqar huwa ta’ 17 fil-mija imqabbel ma’ 12 fil-mija ghan-nahat tal-punent ta’ Malta fejn hemm l-anqas riskju. Dawn il-figuri, irrid intenni, huma tal-2007 u ghadna ma nafux ezatt jekk il-krizi ekonomika u finanzjarja mondjali kellhiex effett fuqhom.

Jiena nistaqsi: x’inhuma r-ragunijiet li ghalihom jezistu dawn id-differenzi konsiderevoli f’pajjiz tant ckejken bhal Malta? X’jehtieg izjed isir u x’qieghed isir biex ikun hemm anqas disparità fil-livell tal-hajja tal-Maltin li joqoghdu f’lokalitajiet differenti? Din il-problema umana qeghda tigi indirizzata bil-mezzi kollha ghad-dispozizzjoni taghna? Qeghdin nimmobilizzaw bizzejjed ir-rizorsi kollha taghna, kemm statali u kemm dawk tal-volontarjat, sabiex niggieldu din il-problema?

Hareg mis-survey tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika tal-2007 li l-faqar finanzjarju hu relatat mal-livell tal-edukazzjoni. Meta l-opportunitajiet ghall-edukazzjoni huma, fil-principju, ugwali ghal kulhadd, ghaliex sezzjoni taz-zghazagh Maltin m’humiex qed jaghmlu uzu minnhom u b’hekk jaqghu fir-riskju tal-faqar? Kulhadd jaf kemm l-Istat Malti investa bil-qawwa fl-edukazzjoni – mela nistaqsi: fejn stajna morna ahjar fl-isforzi taghna biex hadd ma jibqa’ ‘l boghod minn edukazzjoni li tippermettilu ghajxien ahjar?

Wiehed irid, fuq kollox, jipproponi mezzi u metodi kif persuni bhal dawn jistghu jigu meghjuna sabiex johorgu mis-sitwazzjoni ta’ eskluzjoni socjali. Jistghu jsiru programmi ta’ edukazzjoni biex jitharrgu dawn in-nies f’xi sengha li tippermettilhom isibu xoghol. Jistghu jsiru progetti sabiex dawn in-nies jinghataw tahrig anki kif jamministraw d-dhul taghhom bil-ghan li juzawh ahjar. Fejn hu possibbli, tista’ tigi provduta akkomodazzjoni b’kera sussidjata, kif f’xi kazi qed isir, li jkunu jistghu jlahhqu maghha u dan jista’ jsir anki b’mod temporanju sakemm is-sitwazzjoni titjieb.

Hu sewwa li l-faqar gie abbinat mal-eskluzjoni socjali f’din il-kampanja ghax il-faqar kif rajna, huwa wiehed mill-forom tal-eskluzjoni socjali. U minhabba f’hekk, il-faqar isir kwestjoni ta’ deficit fid-demokrazija wkoll. Li tkun fqir ma jfissirx biss li ma jkollokx biex tghix materjalment imma wkoll li ma jkollokx il-mezzi sabiex tippartecipa pjenament fis-socjetà bhala membru ugwali taghha kif mistenni f’demokrazija. Il-livell ekonomiku u l-abilità li tippartecipa bis-shih fis-socjetà aktarx imorru flimkien.

Is-sitwazzjoni prezenti tal-faqar fl-Ewropa mhix fenomenu gdid u ftit kien hemm bidla fl-ahhar ghaxar snin. Jista’ jkun, li minhabba l-krizi ekonomika tal-ahhar sentejn, is-sitwazzjoni marret ghall-aghar f’ghadd ta’ Stati Membri. Il-krizi gabet aktar prekarjetà fl-impjiegi u certi kategoriji bhan-nisa, l-immigrati u dawk li jixtiequ jidhlu fid-dinja tax-xoghol ghall-ewwel darba huma l-aktar milquta. Kull Stat Membru, kif ghidna, hu mistenni li johrog bi strategija kif se jikkumbatti l-faqar u l-eskluzjoni socjali. Valur kardinali tal-Unjoni huwa s-solidarjetà. Forsi wiehed jista’ jistaqsi jekk wasalx iz-zmien li jkun hemm aktar solidarjetà bejn l-Istati Membri f’dan ir-rigward sabiex jitnaqqsu l-inegwaljanzi li jezistu fis-socjetajiet differenti tal-Unjoni.

Normalment, meta nitkellmu fuq il-faqar, aktarx jiguna f’mohhna pajjizi li ghadhom qed jizviluppaw fl-Afrika jew l-Asja fejn jonqos l-ikel u l-ilma nadif. Imma anki fl-Ewropa jezistu l-faqar u l-eskluzjoni socjali ghalkemm forsi mhux fuq l-istess skala ta’ mizerja u kalamità li nsibu f’xi kontinenti ohra. B’danakollu, xorta wahda mhix sitwazzjoni accettabbli. Jekk irridu li kull individwu jirrealizza l-potenzjal kollu tieghu, l-isfidi tal-faqar u l-eskluzjoni jinhtieg li jigu affrontati izjed bil-qawwa u b’aktar solidarjetà.

Din il-kampanja tidher li qed tikkoncentra fuq il-glieda kontra l-faqar fl-Ewropa u rrizulta li percentwali mill-foqra fil-kontinent Ewropew huma immigrati. Tohrog spontanja l-mistoqsija jekk hux possibbli niggieldu l-faqar fl-Ewropa minghajr, fl-istess hin, ma naghmlu l-istess glieda kontra l-faqar fil-bqija tad-dinja.

Ghaliex jekk il-pjaga tal-faqar se tibqa’ miftuha fl-Afrika u fl-Asja, il-foqra ta’ dawk il-pajjizi se jibqghu jaghmlu pressjoni biex jemigraw ghall-Ewropa sabiex ifittxu hajja ahjar u allura jinholoq cirku vizzjuz fejn il-problema ma tista’ tinhall qatt ghax il-foqra se jibqghu jidhlu fl-Ewropa u jinghaddu mal-foqra ta’ dak il-kontinent.

Jekk qed nitkellmu fuq glieda kontra l-eskluzjoni socjali, kif nistghu neskludu lill- pajjizi mhux Ewropej minn din il-kampanja? Fil-fehma tieghi, il-kampanja trid issir bhala glieda kontra l-faqar kullimkien, ghax ahna qed nghixu f’dinja wahda bhala umanità wahda u jkun inutli li nippruvaw insolvu l-problema tal-faqar f’darna biss, jekk wara biebna se jibqa’ jkun hemm il-fqar li jippreferu jfittxu futur f’pajjizi Ewropej.

L-umanità hija wahda. Kif jghid John Donne: “No man is an Island, entire of itself….any man’s death diminishes me, because I am involved in Mankind; And therefore never send to know for whom the bell tolls; It tolls for thee.”

Hija tassew tebgha fuq l-umanità li fi zmienna, meta ghandna ghad-dispozizzjoni taghna mezzi teknologici fl-agrikultura biex nipproducu ikel ghall-popolazzjoni mondjali kollha kemm hi, ghad hawn miljuni li m’ghandhomx bizzejjed x’jieklu u hafna sahansitra jmutu minhabba nuqqas ta’ ikel. Il-bniedem minn dejjem kellu r-riskju li jkun vittma tan-nixfa jew dizastri naturali ohra li kien ikollhom l-effett li l-art ma tkabbarx bizzejjed ikel u tinholoq karestija, imma llum, fejn mhux daqshekk difficli t-trasport tal-ikel minn pajjiz ghall-iehor, huwa ta’ ghajb li nies li m’ghandhomx bizzejjed ikel mhux dejjem jircievu l-ghajnuna fil-hin u b’mod adegwat.

X’jista’ wiehed jipproponi sabiex jigu affrontati l-fenomeni tal-faqar u l-eskluzjoni socjali? Nistghu nikkunsidraw xi suggerimenti u dan anki mill-esperjenza personali tieghi bhala Chairman tal-Malta Community Chest Fund. Wiehed jista’ jheggeg koinvolgiment u impenn akbar minn kull settur tas-socjetà, inkluzi l-NGO’s, fil-glieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni socjali; li tinghata vuci lic-cittadini li huma affettwati mill-faqar u l-eskluzjoni socjali; li titnehha kull stigma assocjata ma’ dawn in-nies f’kazi fejn, nghidu ahna, kienu suggetti ghal piena ta’ prigunerija jew kienu vittmi tad-droga; li nippromovu izjed socjetà fejn kulhadd ikollu l-istess opportunitajiet; li tissahhah is-solidarjetà bejn il-generazzjonijiet sabiex il-membri aktar vulnerabbli bhat-tfal jew l-anzjani isibu sostenn minn dawk aktar b’sahhithom.

Il-faqar jista’ jitnaqqas jekk inpoggu fic-centru tal-istrategiji taghna l-persuna umana. Il-filosofija prezenti tas-suq globalizzat hija bazata fuq il-kuncett tal-kompetizzjoni li, skond il-fehma ta’ hafna, issarraf f’aktar efficjenza u vantaggi ghall-konsumatur. Izda wiehed jista’ jiddiskuti jekk dan hux qed ikollu effett mhux mixtieq fuq dawk l-aktar vulnerabbli jew hux qed ikun ghall-beneficcju ta’ kulhadd.

Fl-ahhar mill-ahhar, il-problema tal-faqar u l-eskluzjoni socjali hija, fil-fehma tieghi, wahda ta’ gustizzja socjali. Il-gustizzja socjali hija fondata fuq il-principji tad-drittijiet umani u l-ugwaljanza u dan jinkludi access ugwali ghall-opportunitajiet; hija l-mod kif id-drittijiet umani jigu manifestati fil-hajja ta’ kuljum fuq kull livell. Il-valur ta’ kull persuna huwa inestimabbli u kull persuna jixirqilha l-akbar dinjità ghas-semplici fatt li taghmel parti mill-umanità. L-Istat u kull wiehed minna ghandu d-dover li jippromwovi l-gustizzja socjali u l-protezzjoni tad-drittijiet. Nahseb li t-test ta’ kull socjetà civilizzata huwa kif hija tittratta l-membri taghha l-aktar vulnerabbli.

Imma wiehed jistaqsi: Il-glieda kontra l-faqar tista’ tintrebah? Kristu qal: “Il-foqra dejjem issibuhom maghkom…” (Gw, 12:8). Imma ma waqafx hemm, sahaq li hemm bzonn li tinghata l-ghajnuna lil min jenhtiegha: “… kull m’ghamiltu ma’ wiehed mill-izghar fost dawn huti, ghamiltuh mieghi” (Mt, 25:40) u jkompli “…dak li m’ghamiltux ma’ wiehed minn dawn iz-zghar, anqas mieghi ma ghamiltuh” (Mt, 25:45). Mela li teradika l-faqar mhix fantasija minkejja d-diffikultajiet li jezistu. Fi kliem l-ekonomista Jeffrey Sachs: “Ours is the first generation in the history of the world with the ability to eradicate extreme poverty. We have the means, the resources and the know-how. All we lack is the will. Ghalhekk, irridu nkunu u nagixxu bhas-Samaritan it-Tajjeb, ghaliex kif stqarr tant tajjeb Teilhard de Chardin “Only when we are One are we one”.

Ma tezistix soluzzjoni mirakoluza ghall-problema tal-faqar fid-dinja. L-isforz biex neradikaw il-faqar irid jigi minn kulhadd: mill-istati, mill-ghaqdiet tal-volontarjat u minn kull individwu. Ir-rizorsi planetarji huma sufficjenti ghal kulhadd imma jridu jitqassmu b’gustizzja, irid ikun hemm distribuzzjoni ekwa. Il-pajjizi sinjuri jistghu jibzghu li l-pajjizi l-fqar jistghu jxekkluhom milli jistaghnew izjed ghax il-htigijiet tal-fqar huma tant kbar li kieku kellu jinqasam il-gid tad-dinja ugwalment ma’ kulhadd, il-pajjizi ghonja jkollhom inaqqsu mill-hajja li qed jghixu llum. Imma din hi vizjoni dejqa jekk mhux ukoll individwalista ta’ kif ghandna naffrontaw din il-pjaga socjali.

Is-soluzzjoni tal-problema tal-faqar tiddependi minn tmexxija soda u rieda politika qawwija li jirrizultaw fi tkabbir ekonomiku tal-pajjizi foqra. Ezempju storiku ta’ rieda politika u tmexxija determinata nihduh mill-President Harry Truman u mis-Segretarju tal-Istat George Marshall li kkoncepew u wettqu l-Marshall Plan li permezz tieghu l-ekonomija tal-Ewropa tal-Punent irkuprat u kibret fi ftit snin wara d-dizastru li halliet warajha t-tieni gwerra mondjali. Fl-ahhar tal-erba’ snin tal-Pjan Marshall, l-ekonomija tal-pajjizi meghjuna mill-Amerika kibret aktar milli kienet qabel il-gwerra b’35 fil-mija. Il-mira specifika tal-Pjan fi kliem George Marshall kienet kif gej: “Our policy is directed not against any country or doctrine but against hunger, poverty, desperation and chaos. Its purpose should be the revival of a working economy in the world so as to permit the emergence of political and social conditions in which free institutions can exist.” Dan juri li meta rridu nagixxu konkretament, nafu x’ghandna naghmlu.

Biex tissolva l-problema tal-faqar, l-attegjament irid jinbidel. Illum, ir-ragunament hu li wiehed lest li jghin lil min jahseb li se jkun jista’ jpattihulu fil-futur u / jew ghax jaqbilu ma jimpurtahx minn dak li m’ghandux il-mezzi biex jirreciproka. Forsi hu iktar facli wkoll li ddahhal idejk fil-but u tohrog il-flus biex tghin lill-fqir milli taghti mill-hin tieghek halli tghin. Fil-fehma tieghi huwa dan li jaghmel il-bniedem shih min lest li jaghti minghajr ma jistenna li jircievi u li ghandu r-rieda li jaghmel l-ghazla preferenzjali tieghu favur il-fqar u dawk eskluzi socjalment.

Nirringrazzjakom.


DOI – 03.02.2010





President George Abela, during the National Launch of the European Year for Combating Poverty and Social Exclusion (2010).